Intro
Imniedi fl-2021 għal seba’ snin, il-programm CERV għandu baġit ta’ 1.5 biljun ewro. Il-gruppi ewlenin eliġibbli għall-finanzjament huma organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali iżda wkoll networks Ewropej, awtoritajiet pubbliċi (inklużi korpi għall-ugwaljanza u għad-drittijiet tal-bniedem), awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, bliet u muniċipalitajiet, l-akkademja/istituti ta’ riċerka, gruppi ta’ riflessjoni, il-ġudikatura, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet ikkonċernati oħra attivi fil-promozzjoni tal-valuri u d-drittijiet tal-UE.
Il-proġetti ffinanzjati jinkludu taħriġ, bini ta’ kapaċità u skambji ta’ prattiki tajbin bejn l-awtoritajiet u l-korpi tal-pajjiżi tal-UE, il-ġemellaġġ tal-ibliet, l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet li jaħdmu qalb in-nies u s-soċjetà ċivili, tqajjim tal-kuxjenza fost in-nies dwar id-drittijiet tagħhom u l-benefiċċji li l-politiki tal-UE jġibu fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, u l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ politiki u leġiżlazzjoni tal-UE bbażati fuq l-għarfien permezz ta’ stħarriġ, studji u analiżi. Il-programm jappoġġa wkoll l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ networks ewlenin fil-livell tal-UE (b’mod partikolari EQUINET, in-network tal-UE tal-korpi favur l-ugwaljanza).
Benefiċjarji
Il-proġetti tagħhom huma l-pedamenti tal-futur komuni tagħna. Futur fejn id-drittijiet u l-valuri tal-UE mhux biss jiġu difiżi, iżda kull ċittadin jgħixhom bis-sħiħ.
Kun ispirat mill-vuċijiet tal-benefiċjarji u l-istejjer ta’ suċċess tagħhom.